You are here

Punti ewlenin
04/05/2017

Il-bidliet fl-ICT kif se jaffettwaw ix-xogħol fil-futur?

L-EU-OSHA ppubblikat rapport skont l-attività attwali tat-tbassir. Il-proġett qed iħares lejn kif il-bidliet fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-post tax-xogħol ser jaffettwaw is-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali (OSH).

Ir-rapport jippreżenta r-riżultati tal-ewwel fażi tal-proġett. L-għan kien li jiġu identfikati u deskritti tendenzi ewlenin u l-ixprunaturi ta' dawn il-bidliet. Is-sejbiet ser jintużaw fit-2 fażi biex ikun żviluppat sett ta' xenarji li jiddeskrivu viżjonijiet possibbli u plawżibbli tad-dinja tax-xogħol fl-2025 u l-isfidi assoċjati tal-OSH.

Trid tkun taf xi sfidi assoċjati tal-OSH mal-ICT tal-Ewropa jistgħu jkunu affaċċjati fl-2025?

Aqra r-rapport “Key trends and drivers of change in information and communication technologies and work location” (Tendenzi ewlenin u xprunaturi tal-bidla fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-post tax-xogħol)

Sir af aktar dwar l-attivitajiet tat-tbassir tal-EU-OSHA