Punti ewlenin
27/09/2019

Kif jistgħu jiġu mmaniġġjati r-riskji mill-karċinoġeni fuq ix-xogħol

© INSHT

Il-kanċer huwa meqjus bħala l-kawża prinċipali tal-imwiet relatati max-xogħol fl-UE. Proporzjon kbir tal-kanċer jista’ jkun marbut ma’ esponiment għall-karċinoġeni fuq ix-xogħol. Bħala firmatarju għall-Pjan Direzzjonali dwar il-Karċinoġeni, l-EU-OSHA hija impenjata li żżid is-sensibilizzazzjoni dwar dawn ir-riskji.

Skeda informattiva ġdida biex tappoġġa l-kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużitipprovdi pariri prattiċi dwar kif jistgħu evitati r-riskji mill-karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol u links għal riżorsi utli.

Aqra l-iskeda informattiva - pubblikazzjoni konġunta approvata mis-sħab tal-Pjan Direzzjonali

Żur is-sit web tal-Kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa

Sib aktar informazzjoni u artikli dwar kanċer relatat max-xogħol