You are here

Punti ewlenin
25/01/2018

Is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema kif jistgħu jkunu protetti fl-intrapriżi mikro u żgħar? L-esperti jingħaqdu flimkien biex jitgħallmu minn prattika tajba

Il-mod kif jiġu żgurati s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fl-intrapriżi mikro u żgħar (MSEs) jinsab fuq quddiem nett tal-aġenda għall-esperti tas-sigurtà u tas-saħħa u għall-persuni li jfasslu l-politika ewlenin f'seminar organizzat mill-EU-OSHA.

Il-Kummissarju Marianne Thyssen tiddiskuti, mal-Bord Governattiv tal-EU-OSHA u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, l-aħħar sejbiet tal-proġett MSE, issa disponibbli f'żewġ rapporti komprensivi.

Dawn ir-rapporti jiffukaw fuq eżempji ta' prattiki tajbin minn pajjiżi madwar l-UE kollha, filwaqt li jidentifikaw fatturi ta' suċċess u sfidi ewlenin, u r-rwol importanti tal-intermedjarji fir-rigward tal-implimentazzjoni b'suċċess ta' skemi ta' appoġġ u għodod bħall-OiRA sabiex jittejbu s-sigurtà u s-saħħa fl-MSEs.

Aqra l-istqarrija għall-istampa

Esplora s-sejbiet ġodda billi taqra r-rapporti

Għal aktar tagħrif dwar l-isfidi OSH li jiffaċċjaw l-MSEs fl-Ewropa