Kif nistgħu nipproteġu s-saħħa u l-benesseri tal-ħaddiema fit-trattament tal-prodotti mediċinali perikolużi?

Image

Gwida ġdida mill-Kummissjoni Ewropea toffri pariri essenzjali kemm għall-impjegaturi kif ukoll għall-ħaddiema dwar kif għandhom jimmaniġġjaw l-esponiment għal prodotti mediċinali perikolużi (HMPs).

L-HMPs jistgħu jikkawżaw effetti karċinoġeniċi, mutaġeniċi, jew reprotossiċi (CMR) fil-ħaddiema esposti għalihom. Għalhekk, huwa kruċjali li jkun hemm prattiki ta’ immaniġġjar xieraq fis-seħħ. 

L-esponiment jista’ jaffettwa lill-ħaddiema fil-qasam mediku kif ukoll lill-ħaddiema fl-oqsma tat-tindif u tal-ħasil tal-ħwejjeġ, jew tal-iskart, u l-parir ipprovdut fil-gwida huwa mfassal għall-gruppi ta’ ħaddiema li huma potenzjalment esposti.

Il-gwida mhijiex vinkolanti, u l-parir huwa pprovdut mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali, jiġifieri hija adattabbli biex taqbel ma’ kwalunkwe rekwiżit legali speċifiku tal-pajjiż.

Ikkonsulta l-Gwida għall-immaniġġjar sikur ta’ prodotti mediċinali perikolużi fuq il-post tax-xogħol

Sir af aktar