Punti ewlenin
Lura għall-punti ewleninKif jista’ jsir avvanz fil-konformità mar-regolamenti dwar is-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol: ħarsa ġenerali lejn l-istrateġija tan-Norveġja
Id-dinja tax-xogħol liqed tinbidel b’rata mgħaġġla tippreżenta ħafna sfidi fir-rigward tal-konformità mar-regolamenti dwar is-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH). It-titjib tagħha huwa objettiv dejjiemi kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali.
L-EU-OSHA analizzat l-istatustal-istrateġiji u l-azzjonijiet nazzjonali meħuda biex jappoġġaw il-konformità tal-OSH f’ħames pajjiżi differenti u għadha kif ħarġet l-ewwel serje ta’ pubblikazzjonijiet tagħha ffukati fuq in-Norveġja: rapport komprensiv, studji ta’ każijiet u sommarji ta’ politika.
L-Awtorità tal-Ispezzjoni tax-Xogħol u atturi rilevanti oħra bħas-servizzi ta’ prevenzjoni fin-Norveġja għaddew minn żviluppi importanti f’dawn l-aħħar snin – inkluż il-perjodu tal-pandemija – li saħħew il-promozzjoni u l-infurzar tal-konformità tal-OSH.
Tgħallem aktar billi tiċċekkja l-pubblikazzjonijiet kollha dwar l-approċċ tan-Norveġja biex tappoġġa l-konformità tal-OSH.
Skopri s-sezzjoni tematika tagħna Intejbu l-konformità mar-regolamenti tal-OSH.