You are here

Punti ewlenin
21/11/2017

Is-Summit dwar Il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa jimmarka t-tmiem ta’ kampanja ta’ suċċess li tippromwovi ħajja tax-xogħol sostenibbli

Is-Summit dwar Il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa f’Bilbao, Spanja, jikkonkludi l- Kampanja dwar Postijiet tax-Xogħol li Jieħdu Ħsieb is-Saħħa f’Kull Età 2016-17.

B’għadd rekord ta’ sħab tal-kampanja, din il-kampanja kienet ta’ suċċess kbir.

L-esperti ewlenin fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u dawk li jieħdu deċiżjonijiet politiċi jinġabru biex jirriflettu dwar il-kisbiet u jikkondividu prattika tajba, kif ukoll soluzzjonijiet legali u politiċi identifikati matul il-kampanja ta’ sentejn, li kellha l-għan li tindirizza l-isfidi li tiffaċċja l-forza tax-xogħol Ewropea.

Aqra l-istqarrija għall-istampa

Kun af aktar dwar is-summit u segwih live