Punti ewlenin
12/11/2019

Is-Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2019 jimmarka t-tmiem ta’ kampanja ta’ suċċess ta’ sentejn dwar is-Sustanzi Perikolużi

L-EU-OSHA u s-sħab u l-partijiet ikkonċernati tagħha jiltaqgħu f'Bilbao għall-aħħar pass importanti tal-kampanja 2018-19 - Il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi.

Is-summit jiċċelebra l-kisbiet tal-kampanja u jagħti lid-delegati l-opportunità li jikkondividu esperjenzi u l-aħjar prattika dwar is-sostituzzjoni ta’ sustanzi perikolużi, billi jiġi minimizzat l-esponiment għall-karċinoġeni u l-isfidi għal prevenzjoni effettiva.

Iċ-ċerimonja għall-Premjijiet ta’ Prattika Tajba tal-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa hija l-qofol tal-avveniment. Din is-sena, 10 organizzazzjonijiet ġew ippremjati u mfaħħra għall-approċċi innovattivi tagħhom għall-ġestjoni ta’ sustanzi perikolużi.

Aqra l-istqarrija tal-aħbarijiet għal aktar informazzjoni

Sir af aktar dwar l-avveniment u niżżel il-programm

Ara s-summit live online