Punti ewlenin
09/12/2019

Is-Summit dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2019 - il-proċedimenti u r-reġistrazzjonijiet tal-konferenza issa huma disponibbli

 © EU-OSHA / Fernando Aramburu

L-avveniment fuq jumejn li sar f'Bilbao laqqa' flimkien lil dawk li jfasslu l-politika, lil imsieħba soċjali, lil punti fokali tal-EU-OSHA, lil sħab uffiċjali fil-kampanja, lil sħab tal-midja u lil partijiet interessati oħrajn biex jiġi ċċelebrat it-tmiem tal-kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi.

Il-Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa ngħataw f'ċerimonja emozzjonanti ħafna u d-delegati skambjaw prattika tajba, irriflettew fuq il-lezzjonijiet mitgħallma u wegħdu l-impenn tagħhom fl-indirizzar ta' sfidi futuri flimkien.

Is-sommarju tal-konferenza, ir-reġistrazzjonijiet tas-sessjonijiet kollha, il-preżentazzjonijiet u r-ritratti issa jinsabu disponibbli.