You are here

Punti ewlenin
09/10/2017

Is-Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu 'l quddiem is-Saħħa 2017 qiegħed joqrob

Is-Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu ʼl quddiem is-Saħħa, li jimmarka t-tmiem tal-kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jieħdu Ħsieb is-Saħħa fʼKull Età 2016-2017, se jsir fil-21 u t-22 taʼ Novembru ġewwa Bilbao, fi Spanja. Esperti Ewropej ewlenin u persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet se jiddiskutu r-riżultati tal-kampanja fuq sentejn u jagħmlu skambju tal-prattiki tajbin fil-promozzjoni tat-tixjiħ fʼsaħħtu fuq il-post tax-xogħol.

Fl-istess ħin, l-EU-OSHA u s-sħab tagħha jiċċelebraw żewġ stadji importanti: 20 sena taʼ Napo, il-karattru tad-disinni animati li huwa s-sieħeb tagħna fil-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u 10 snin tal-iskema taʼ sħubija tal-kampanja tal-EU-OSHA.

Is-Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu ʼl quddiem is-Saħħa

Min hu Napo?

Min huma s-sħab uffiċjali tal-kampanja tagħna?