You are here

Punti ewlenin
06/11/2017

Tħabbru r-rebbieħa tal-Premju tal-Film dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2017

“Before the bridge” minn Lewis Wilcox (l-Istati Uniti) u “Turtle shells” minn Tuna Kaptan (il-Ġermanja) tħabbru bħala r-rebbieħa konġunti tal-Premju tal-Film dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2017 għall-aqwa dokumentarju relatat max-xogħol.

Il-films ingħataw il-premju fis-60 edizzjoni tal-International Leipzig Festival for Documentary and Animated Film. L-UE-OSHA tappoġġja l-premju biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà u ta’ saħħa, jiġi stimulat id-dibattitu u jitħeġġeġ il-ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol aktar siguri u aktar tajbin għas-saħħa. Il-ġurija għamlet nomina speċjali għall-film “Alien” minn Morteza Atabaki (it-Turkija).

Aqra l-istqarrija għall-istampa

Sir af aktar dwar il-films