You are here

Punti ewlenin
17/08/2017

Gwidi dwar prattiki tajbin fl-agrikoltura u s-sajd — issa disponibbli!

Żewġ gwidi settorjali komprensivi dwar prattiki tajbin fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol issa huma disponibbli għat-tniżżil mill-internet f'aktar minn 20 lingwa. Ippubblikati mill-Kummissjoni Ewropea, dawn ikopru l-agrikoltura, it-trobbija tal-bhejjem, l-ortikoltura u l-forestrija; u l-bastimenti tas-sajd iż-żgħar (li jiffurmaw 80 % tal-flotta tas-sajd tal-UE). Mimlija b'eżempji ta' prattiki tajbin għall-prevenzjoni tar-riskji, studji ta' każijiet reali u riżorsi prattiċi, dawn huma gwidi eċċellenti biex il-ħaddiema f'dawn is-setturi jkunu mħarsa mill-perikli. Dawn il-gwidi huma referenza faċli għall-utenti, bi glossarji, stampi u ċarts.

Niżżel il-gwidi dwar prattiki tajbin:

Il-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema fl-agrikoltura, it-trobbija tal-bhejjem, l-ortikoltura u l-forestrija

Gwida Ewropea għall-prevenzjoni tar-riskji f’bastimenti tas-sajd żgħar