Punti ewlenin
18/07/2019

Saħħa muskoloskeletali tajba minn età bikrija: sommarju tas-seminar issa huwa disponibbli

@Annie Spratt on Unsplash

L-EU-OSHA f’kollaborazzjoni ma’ ENETOSH (Netwerk Ewropew għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ fis-Sikurezza u s-Saħħa Okkupazzjonali) organizzat seminar li jindirizza l-kwistjoni ta’ disturbi muskoloskeletali (MSDs) fost iż-żgħażagħ u l-ħaddiema. Is-seminar kien organizzat fil-qafas ta’ proġett ġenerali tal-OSH (Sikurezza u Saħħa Okkupazzjonali) dwar l-MSDs u bil-ħsieb tal-kampanja ta’ Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa li ġejja “Ħaffef il-Piż”, li għandha tibda f’Ottubru 2020.

L-avveniment serva bħala attività li żżid is-sensibilizzazzjoni dwar il-ħtieġa li tiġi promossa s-saħħa muskoloskeletali tajba minn età bikrija. Il-parteċipanti għamlu skambju tal-ideat fi gruppi żgħar immexxija minn esperti dwar erba’ aspetti differenti: ir-riċerka, il-politika (l-OSH - ergonomija), il-prattika (l-integrazzjoni tal-OSH fl-edukazzjoni) u l-komunikazzjoni (awtoperċezzjoni tal-ġisem).

Aqra rapporti dwar il-konklużjonijiet ewlenin minn kull workshop

Tgħallem aktar dwar il-prevenzjoni tad-disturbi muskoloskeletali

Aqra l-gwida prattika għan-negozji ż-żgħar Riskji psikosoċjali, stress u disturbi muskoloskeletali