Ipprepara ruħek għall-Ġimgħa Ewropea u t-tnedija tal-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa “Xogħol sigur u li jippromwovi s-saħħa fl-era diġitali!”

Image

© EU-OSHA

Il-Kampanja l-ġdida dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa daqt tkun disponibbli!

B’enfasi fuq ix-xogħol sigur u li jippromwovi s-saħħa fl-era diġitali, l-aħħar edizzjoni tnediet mill-Kummissarju Ewropew għall-Impjiegi u d-Drittijiet Soċjali, Nicolas Schmit, f’avveniment għall-istampa fi Brussell matul il-Ġimgħa Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, li ssir mit-23 sas-27 ta’ Ottubru.

In-network tagħna ta’ punti fokali u sħab oħra tal-kampanja qed jorganizzaw attivitajiet u avvenimenti biex ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar tranżizzjoni diġitali tax-xogħol sigura u li tippromwovi s-saħħa.

Fil-frattemp, informazzjoni intuwittiva, oqsma prijoritarji u dettalji dwar l-edizzjoni l-ġdida tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu’ l Quddiem is-Saħħa jistgħu jiġu esplorati fuq is-sit web tal-kampanja. Kit tal-media soċjali ġdid fjamant b’messaġġi u elementi viżwali lesti għall-użu jitqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tiegħek sabiex tkun tista’ xxerred il-kelma faċilment.

Iċċekkja l-lista sħiħa ta’ avvenimenti tal-kampanja madwar l-Ewropa!

Esplora varjetà ta’ riżorsi fis-sit web tal-kampanja multilingwi.