You are here

Punti ewlenin
07/06/2018

Il-futur tax-xogħol: il-bejgħ bl-imnut elettroniku u l-mediċini li jtejbu l-prestazzjoni joħolqu riskji ġodda fuq il-postijiet tax-xogħol fl-Ewropa

Żewġ pubblikazzjonijiet ġodda mill-EU-OSHA jħarsu lejn ir-riskji okkupazzjonali u tas-sigurtà li qed joħorġu fuq il-postijiet tax-xogħol fl-Ewropa b’riżultat tat-tkabbir mgħaġġel tal-bejgħ bl-imnut elettroniku) u l-użu dejjem jikber ta’ mediċini li jtejbu l-prestazzjoni.

Il-bejgħ bl-imnut elettroniku huwa mgħaġġel ħafna u kompetittiv ferm, u jiffoka fuq l-effiċjenza u l-ispejjeż baxxi. Peress li dan is-settur mistenni jkompli jikber, il-pubblikazzjoni tħares lejn l-implikazzjonijiet għall-benessere tal-ħaddiem, filwaqt li tenfasizza l-ħtieġa għal ġestjoni proattiva.

L-użu ta’ mediċini li jtejbu l-prestazzjoni fuq il-post tax-xogħol qed jikber ukoll. Il-pubblikazzjoni tesplora l-fatturi kuntestwali għal tali użu tal-mediċini u tenfasizza l-ħtieġa li titqajjem sensibilizzazzjoni u jkun hemm fehim tal- attitudnijiet u l-ixprunaturi.

Aqra r-rieżamijiet dwar is-settur tal-bejgħ bl-imnut elettroniku u l-mediċini li jtejbu l-prestazzjoni fuq il-post tax-xogħol (bl-Ingliż).

Verżjonijiet lingwistiċi tal-artikli dwar ir-rieżamijiet rigward l-istampar 3D u l-monitoraġġ tat-teknoloġija fuq il-post tax-xogħol issa jinsabu disponibbli  

Sir af aktar dwar il-proġetti tat-tbassir tal-EU-OSHA rigward ir-riskji emerġenti