You are here

Punti ewlenin
15/05/2019

Ir-rwoli futuri tal-big data u l-intelliġenza artifiċjali fuq il-postijiet tax-xogħol tal-Ewropa

photo: Gerd Altmann via pixabay.com

L-użu tal-big data, flimkien ma’ teknoloġija tat-tagħlim awtomatiku, qed isir dejjem aktar komuni fuq il-postijiet tax-xogħol fl-Ewropa. Żewġ dokumenti ġodda ta’ prospettiva dwar il-panorama jirrevedu l-benefiċċji u r-riskji potenzjali tal-użu ta’ tali żviluppi diġitali fuq is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol. L-ewwel artikolu, dwar l-użu tal-Big Data għall-effiċjenza fl-ispezzjoni, huwa dwar l-immirar tal-ispezzjonijiet tas-sikurezza u saħħa okkupazzjonali (OSH).

It-tieni artikolu jispjega fejn u kif l-intelliġenza artifiċjali (IA) qed tiġi applikata, eż. it-teħid ta’ deċiżjonijiet fuq il-post tax-xogħol fir-riżorsi umani (l-analitika tal-persuni, il-proċeduri ta’ reklutaġġ), ir-robotika bl-IA awmentata; iċ-chat-bots fiċ-ċentri ta’ appoġġ; jew it-teknoloġija li tintlibes fil-linja tal-assemblaġġ tal-produzzjoni. Iż-żewġ awturi jikkonkludu li l-kombinazzjoni tal-bniedem u l-IA toffri l-aħjar mod kif wieħed jista' jipproċedi.

L-awturi jirrakkomandaw modi kif jistgħu jiġu ġestiti l-aktar riskji importanti. Ta’ min wieħed jenfasizza li mhijiex it-teknoloġija waħedha li toħloq il-benefiċċji jew ir-riskji marbuta mal-OSH, iżda hija l-implimentazzjoni tat-teknoloġija li toħloq kundizzjonijiet negattivi jew pożittivi.

Aqra l-artikoli dwar ir-rwol futur tal-big data għall-Effiċjenza tal-Ispezzjoni u dwar il-benefiċċji u r-riskji tal-IA fil-postijiet tax-xogħol tal-Ewropa

Iċċekkja aktar informazzjoni tal-EU-OSHA dwar id-diġitalizzazzjoni u s-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali