You are here

Punti ewlenin
02/08/2018

Permezz tal-gwida elettronika VeSafe sib dak kollu li għandek bżonn tkun taf dwar is-sigurtà tal-vetturi fuq il-post tax-xogħol

Il-gwida elettronika VeSafe hija punt uniku taʼ servizz interattiv għall-informazzjoni dwar riskji relatati mal-vetturi fuq il-post tax-xogħol. Tkopri sewqan sikur, trasport fuq il-post tax-xogħol u xogħol fit-triq jew maġenbha. Din il-gwida li hija sforz konġunt mill-EU-OSHA u l-Kummissjoni Ewropea, tinkludi bosta eżempji taʼ prattika tajba u ħarsa ġenerali tar-regolamenti rilevanti. Barra minn hekk, hija bla ħlas u faċli biex tużaha, u tistaʼ tiffiltra l-informazzjoni skont ir-riskju jew it-tip tal-vettura.

Aċċidenti relatati mal-vetturi jammontaw għal 29 % tal-aċċidenti okkupazzjonali fatali kollha - għaldaqstant kemm jekk inti impjegat, impjegatur jew espert tas-sigurtà u s-saħħa, iċċekkja issa l-gwida elettronika VeSafe!

Aċċessa l-gwida VeSafe għal eżempji taʼ prattika tajba.

Aqra dwar l-aċċidenti u l-korrimenti lis-sewwieqa u kif dawn ir-riskji jistgħu jiġu ġestiti.