You are here

Punti ewlenin
10/10/2017

Il-Jum Dinji dwar is-Saħħa Mentali jiffoka fuq il-post tax-xogħol

Il-Jum Dinji dwar il-Saħħa Mentali (WMHD) huwa osservat fl-10 ta' Ottubru kull sena. Dal jum jittratta l-mard mentali u l-effett tagħhom fuq ħajjet in-nies, fosthom il-ħajja tal-ħaddiema. It-tema magħżula mill-Federazzjoni Dinjija għas-Saħħa Mentali għal dis-sena hija s-'saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol'.

25% taċ-ċittadini Ewropej ser jesperjenzaw problema ta' saħħa mentali f'ħajjithom u madwar 10% tal-problemi u d-diżabbiltajiet jistgħu jkunu marbuta ma' disturbi mentali u emozzjonali, skont in-Netwerk Ewropew għall-Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.

L-użu tal-post tax-xogħol bħala sfond għall-promozzjoni ta' saħħa mentali tajba, mhux talli jgħin fil-protezzjoni tas-saħħa u l-benesseri mentali (u fiżika) tal-impjegati, iżda jagħmel ukoll sens f'termini ta' negozju.

Aqra l-artiklu tal-OSHwiki dwar is- “Saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol”

Tista' taqra wkoll ir-rapport tagħna dwar “Id-diversità fil-forza tax-xogħol u l-valutazzjoni tar-riskju: Nassiguraw li kulħadd ikun kopert”

Esplora iktar riżorsi relatati mar-riskji psikosoċjali u l-istress fuq ix-xogħol

Qajjem kuxjenza fuq il-midja soċjali #WorldMentalHealthDay