Punti ewlenin
30/05/2020

Esponiment għall-fatturi ta’ riskju tal-kanċer fuq il-post tax-xogħol — stħarriġ ġdid għall-Ewropa

Il-Ġimgħa Ewropea kontra l-Kanċer — bejn il-25 u l-31 ta’ Mejju — tqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-kanċer, l-aċċess għat-trattament u l-appoġġ għas-superstiti.

Sabiex tfakkar il-ġimgħa, l-EU-OSHA tippreżenta l-pjanijiet tagħha għal Stħarriġ ġdid u innovattiv fost il-Ħaddiema dwar l-Esponiment għall-Fatturi ta’ Riskju tal-Kanċer fl-Ewropa. Billi jiġbor data affidabbli dwar l-esponiment fuq il-post tax-xogħol, l-istħarriġ huwa mistenni jelimina lakuni sinifikanti fl-informazzjoni li għandna dwar waħda mill-akbar problemi tas-saħħa relatati max-xogħol fl-Ewropa.

L-informazzjoni miġbura se tipprovdi stampa preċiża u komprensiva tar-riskji attwali u tgħin sabiex jiġu informati l-miżuri preventivi futuri. Diġà bdiet il-ħidma preparatorja fuq l-istħarriġ, u l-EU-OSHA tippjana li tippubblika l-ewwel sejbiet fl-2023.

Aqra l-ħarsa ġenerali lejn il-proġett dwar l-istħarriġ il-ġdid

Żur it-taqsima fuq il-web dwar l-istħarriġ u l-kanċer relatat max-xogħol

Sir af aktar dwar il-Ġimgħa Ewropea Kontra l-Kanċer