Punti ewlenin
08/04/2020

Esponiment għall-aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol: kif nistgħu nipproteġu lill-ħaddiema li jkunu partikolarment f’riskju?

Image by Irén Nemess from Pixabay

Ħames dokumenti ta’ diskussjoni tal-EU-OSHA jidentifikaw is-setturi fejn il-ħaddiema jkunu f’riskju għoli ta’ esponiment għall-aġenti bijoloġiċi: l-impjiegi relatati mal-annimali; l-immaniġġjar tal-iskart u t-trattament tal-ilma mormi; il-kultivazzjoni tar-raba’; l-impjiegi li jinvolvu l-ivvjaġġar u l-kuntatt ma’ vjaġġaturi; u l-kura tas-saħħa.

Id-dokumenti jippreżentaw is-sejbiet ta’ proġett ta’ riċerka li twettaq biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ għarfien dwar l-aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol u l-effetti relatati fuq is-saħħa. Dawn iħarsu lejn il-gruppi vulnerabbli u r-riskji emerġenti u jipprovdu rakkomandazzjonijiet għal prevenzjoni effettiva.

Aqra d-dokumenti ta’ diskussjoni

Skopri aktar dwar mard relatat max-xogħol mill-aġenti bijoloġiċi

Ara l-artiklu reċenti tagħna dwar COVID-19: gwida għall-post tax-xogħol

Iċċekkja dan l-artiklu dwar epidemiji u l-post tax-xogħol