You are here

Punti ewlenin
19/04/2017

Esplora l-gwida elettronika u mmaniġġja l-età fuq ix-xogħol

Qiegħed tfittex informazzjoni prattika u gwida fuq kif għandek timmaniġġja l-età fuq ix-xogħol? Mela kont furtunat. Flimkien mal-kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu għall-Etajiet Kollha tagħha, l-EU-OSHA ħarġet gwida elettronika dwar l-immaniġġjar tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għal forza tax-xogħol li qiegħda tixjieħ. Kemm jekk int impjegatur, ħaddiem, maniġer tar-riżorsi umani jew professjonist tal-OSH, il-gwida elettronika għandha xi ħaġa li tgħodd għalik. Sempliċiment agħżel il-profil tiegħek u sir af aktar.

Il-gwida elettronika hija strutturata madwar erba' temi: (1) it-tixjiħ u x-xogħol, (2) il-postijiet tax-xogħol ħielsa mill-periklu għall-etajiet kollha, (3) il-postijiet tax-xogħol li jippromwovu s-saħħa u (4) ir-ritorn lejn ix-xogħol. Hi x'inhi l-età tiegħek jew ir-rwol tal-impjieg tiegħek, il-gwida elettronika tista' tgħinek issir taf aktar dwar tixjiħ b'saħħtu u xogħol sostenibbli.

Esplora l-gwida elettronika

Sib għodod prattiċi oħrajn u gwida għall-postijiet tax-xogħol

Żur is-sit web tal-kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu għall-Etajiet Kollha