Punti ewlenin
17/06/2019

Id-Direttur Eżekuttiv tal-EU-OSHA tindirizza l-kanċer okkupazzjonali f'intervista ma’ Euronews

Fl-aħħar episodju tiegħu ta’ Real Economy Euronews jesplora l-perikli tal-ambjenti tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea, b'enfasi fuq il-kanċer okkupazzjonali. L-episodju jinkludi intervista mad-Direttur Eżekuttiv tal-EU-OSHA Dr Christa Sedlatschek u eżempju ta’ prattika tajba mill-industrija tax-xogħol tal-injam.

Il-kanċer okkupazzjonali huwa wieħed mill-ikbar theddidiet għas-saħħa li jiffaċċjaw il-postijiet tax-xogħol fl-Ewropa kollha, u jikkawża l-ogħla proporzjon ta’ mard relatat max-xogħol u mwiet. L-EU-OSHA permezz tal-Kampanja attwali tagħha dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2018-19 tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-indirizzar tal-kanċer relatat max-xogħol f'konformità mal-valuri tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Ara l-intervista fil-vidjo (disponibbli fi 12-il lingwa)

Sir af aktar dwar l-inizjattiva Ewropea li tipprovdi informazzjoni dwar il-karċinoġeni - Pjan Direzzjonali dwar il-karċinoġeni

Uża l-għodod tal-OiRA, soluzzjonijiet speċifiċi għas-settur għall-intrapriżi mikro u żgħar biex titwettaq valutazzjoni tar-riskju