You are here

Punti ewlenin
28/09/2018

Il-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2018 qed toqrob malajr

Fit-22 ta’ Ottubru, l-EU-OSHA, flimkien mas-sħab tagħha, sejra tibda l-mixja lejn il-Ġimgħa Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol biex tinkoraġġixxi ġestjoni parteċipattiva u attiva tas-sigurtà fir-rigward ta’ sustanzi perikolużi.

Stadju importanti tal-Kampanja dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa li għaddejja bħalissa, il-ġimgħa tispira mijiet ta’ avvenimenti madwar l-Ewropa kollha, bħall-wiri ta' films, avvenimenti tal-midja soċjali, konferenzi, wirjiet, kompetizzjonijiet u sessjonijiet ta' taħriġ.

Għaliex ma tiskoprix x’inhu jiġri qrib tiegħek bejn it-22 u s-26 ta’ Ottubru u ssir taf kif tista’ tinvolvi ruħek?

Segwi l-avveniment ta’ Facebook tal-Ġimgħa Ewropea u xerred il-kelma dwar #EUhealthyworkplaces