You are here

Punti ewlenin
25/05/2018

Il-Ġimgħa Ewropea Kontra l-Kanċer: riċerka ġdida dwar ir-riabilitazzjoni u r-ritorn lura għax-xogħol wara l-kanċer

X’diffikultajiet jiffaċċjaw is-superstiti tal-kanċer meta jirritornaw lura għax-xogħol? Xi problemi jistgħu jiffaċċjaw l-impjegaturi tagħhom? Ir-riċerka tal-EU-OSHA għandha l-għan li twieġeb dawn il-mistoqsijiet u tistabbilixxi dak li jeħtieġ li jsir sabiex jiġi żgurat intervent ta’ ritorn lura għax-xogħol ta’ suċċess.

Is-sejbiet jiġu ppubblikati matul il-Ġimgħa Ewropea Kontra l-Kanċer ta' kull sena (25-31 ta’ Mejju 2018), fil-forma ta’ rapport, sommarju u preżentazzjonijiet.

Aqra l-istqarrija għall-istampa

Ara r-rapport il-ġdid u s-sommarju dwar l-istrumenti u l-prattiki dwar Ir-riabilitazzjoni u r-ritorn lura għax-xogħol wara kanċer

Iċċekkja żewġ preżentazzjonijiet bil-PowerPoint għall-esperti tal-OSH jew għall-udjenza ġenerali

Iċċekkja wkoll il-ħarsa kritika: Ir-riabilitazzjoni u r-ritorn lura għax-xogħol wara l-kanċer (issa huwa disponibbli sommarju f'diversi lingwi) ippubblikata Frar li għadda