You are here

Punti ewlenin
23/10/2017

Il-Ġimgħa Ewropea 2017 tenfasizza l-importanza tat-tixjiħ f’saħħtu fuq il-post tax-xogħol.

Matul il-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (23 – 27 ta’ Ottubru 2017), bosta msieħba tal-kampanja ‘Postijiet tax-Xogħol li Jieħdu Ħsieb is-Saħħa f’Kull Età’ jingħaqdu flimkien biex jippromwovu xogħol sostenibbli u tixjiħ f’saħħtu. Meta nqisu li bħala medja l-ħaddiema joħorġu mis-suq tax-xogħol fl-età ta’ 61 sena – ferm iżgħar mill-età medja tal-irtirar uffiċjali (65 sena) fl-UE, postijiet tax-xogħol siguri u li jieħdu ħsieb is-saħħa għal persuni ta’ kull età huma vitali biex insostnu l-forza tax-xogħol tal-Ewropa. Il-punti fokali nazzjonali tal-UE-OSHA, l-imsieħba uffiċjali tal-kampanja u l-imsieħba tal-kampanja tal-midja kollha jappoġġjaw il-ġimgħa b’ħafna attivitajiet.

Aqra l-istqarrija għall-istampa

Segwi l-paġna ta’ Facebook dwar l-avveniment ‘Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol’

Sir af iżjed dwar il-kampanja ‘Postijiet tax-Xogħol li Jieħdu Ħsieb is-Saħħa f’Kull Età’