You are here

Punti ewlenin
03/10/2017

Il-Ġimgħa Ewropea 2017: iż-żmien ideali biex nippromwovu postijiet tax-xogħol iktar siguri u f'saħħithom għall-etajiet kollha!

Se jsiru attivitajiet u avvenimenti ta' sensibilizzazzjoni madwar l-Ewropa kollha matul il-Ġimgħa Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-xogħol għall-2017 biex jippromwovu xogħol sostenibbli u anzjanità f'saħħitha.

Taħt l-umbrella tal- Kampanja għall-Postijiet tax-Xogħol li Jieħdu Ħsieb is-Saħħa f'Kull Età, il-ġimgħa (23-27 ta' Ottubru) hija opportunità ideali għall-awtoritajiet pubbliċi, kumpaniji privati kif ukoll għaċ-ċittadini biex jinvolvu ruħhom.

Bi preparazzjoni għall-Ġimgħa Ewropea, verżjonijiet lingwistiċi tal-ktejjeb Premjijiet ta' Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa 2016–2017huma disponibbli. Se jkunu qed jintwerew 18-il każ ta' studju ta' kumpaniji u organizzazzjonijiet Ewropej li implimentaw metodi innovattivi ta' amministrazzjoni ta' sigurtà u saħħa okkupazzjonali biex jippromwovu anzjanità f'saħħitha fuq il-post tax-xogħol.

Ara l-attivitajiet skedati għall-Ġimgħa Ewropea, involvi ruħek u tinsiex tixxerja l-avveniment fuq in-netwerk tiegħek tal-Facebook. Għinna nippromwovu postijiet tax-xogħol aktar siguri u f'saħħithom għall-Ewropej kollha!

Sir af aktar dwar l-avvenimenti f’pajjiżek

Aqra dwar il-Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2016-2017

Ixxerja l-avveniment fuq Facebook