Punti ewlenin
06/04/2020

Il-Kummissjoni Ewropea titlob lis-sħab biex jagħtu l-fehma tagħhom dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Image by athree23 from Pixabay

Id-DĠ Impjiegi tal-Kummissjoni Ewropea nieda konsultazzjoni mal-UE kollha dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru.

Dan jikkoinċidi mal-pubblikazzjoni tal-Communication on how social policy will help build a strong social Europe (Komunikazzjoni dwar kif il-politika soċjali se tgħin tibni Ewropa soċjali u b’saħħitha) tal-Kummissjoni fis-soċjetà tagħna li qed tinbidel b’ritmu mgħaġġel.

DĠ Impjiegi jistieden lill-pajjiżi kollha tal-UE, lis-sħab soċjali u lil partijiet interessati oħra biex jikkondividu l-fehmiet tagħhom dwar azzjonijiet meħtieġa fl-oqsma tal-impjiegi u tal-ġustizzja soċjali. Nicolas Schmit, il-Kummissarju għall-Impjiegi u d-Drittijiet Soċjali, se joffri l-appoġġ tiegħu billi jżur lis-sħab u lill-awtoritajiet fl-Istati Membri, ġaladarba l-pandemija Covid-19 tippermettilu jagħmel dan, sabiex jisma’ direttament minn għandhom l-opinjonijiet u l-wegħdiet ta’ impenn tagħhom.

Is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol huwa suġġett li jinsab fil-qalba tad-drittijiet soċjali. Din hi r-raġuni għalfejn l-EU-OSHA tħeġġek tagħti l-fehma tiegħek u tissottometti l-kontribuzzjoni tiegħek permezz tas-sit web multilingwi

Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “A strong social Europe for just transitions” (Ewropea soċjali u b’saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti)