You are here

Punti ewlenin
08/05/2019

Jum l-Ewropa jiftaħ il-bibien tal-istituzzjonijiet tal-UE għal ċelebrazzjoni

© EU-OSHA / Europe Day in Bilbao, 2018

 

Kull sena fid-9 ta’ Mejju, l-Ewropa tiċċelebra l-idea tal-armonija taċ-ċittadini Ewropej f’paċi u f'unità, li ġiet ippreżentata għall-ewwel darba minn Robert Schuman fid-diskors tiegħu f’Pariġi lura fl-1950 li llum sar wieħed storiku. Il-viżjoni tiegħu evolviet maż-żmien f’soċjetà ta’ valuri komuni msejħa l-Unjoni Ewropea.

L-istituzzjonijiet tal-UE jingħaqdu fl-ispirtu festiv billi jorganizzaw attivitajiet u jiftħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku fl-4 ta’ Mejju fi Brussell. L-EU-OSHA torganizza avveniment kulturali għal kull età, b’punt ta’ informazzjoni fiċ-ċentru ta’ Bilbao fid-9 ta’ Mejju, fejn iċ-ċittadini għandhom l-opportunità jittestjaw l-għarfien tagħhom dwar l-Aġenzija u l-25 sena ta’ ħidma tagħha permezz tal-kwiżż tal-anniversarju.

Iffriska l-għarfien tiegħek dwar l-istorja tal-EU-OSHA. Agħmel il-kwiżż online

Skopri x’qed tipprepara l-EU-OSHA għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum l-Ewropa f’Bilbao.

Tgħallem aktar dwar il-Jum għall-Pubbliku tal-Istituzzjonijiet Ewropej fi Brussell fl-4 ta’ Mejju u segwi #EUopenday.