Punti ewlenin
26/02/2019

Il-ħidma tal-EU-OSHA żżomm rata ta’ sodisfazzjoni għoli fost il-partijiet ikkonċernati tagħha

Skont ir-riżultati tal-Istħarriġ dwar is-Sodisfazzjoni tal-Partijiet Ikkonċernati tal-2018, l-EU-OSHA żżomm livell għoli ta’ prestazzjoni ta’ ħidma, bil-livelli ta’ sodisfazzjoni jkunu saħansitra ogħla minn dawk tal-2016. 89 % tal-partijiet ikkonċernati jgħidu li l-EU-OSHA tindirizza l-prijoritajiet it-tajbin fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH) u 87 % jirrapportaw li l-EU-OSHA żżid valur għall-ħidma mill-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-OSH Ir-rispondenti jinkludu prinċipalment intermedjarji fuq il-post tax-xogħol u dawk li jfasslu l-politika, fl-UE u barra l-UE, b’86 % ikunu minn Stati Membri tal-UE.

Kważi r-rispondenti kollha (93 %) jgħidu li huma użaw ix-xogħol tal-Aġenzija mill-inqas għal skop wieħed. L-użu l-aktar frekwenti kien li jiġu indirizzati kwistjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fuq livell ta’ intrapriża jew ta’ post tax-xogħol.

Barra minn hekk, l-isforzi tal-EU-OSHA li tikkontribwixxi biex titqajjem sensibilizzazzjoni u jinstabu soluzzjonijiet għar-riskji tal-OSH, u b’hekk jitjiebu b’mod effettiv il-kondizzjonijiet tax-xogħol fuq il-post tax-xogħol, huma rikonoxxuti ferm fost il-partijiet ikkonċernati. 

Esplora r-riżultati kollha fil-preżentazzjoni ‘L-Istħarriġ tal-EU-OSHA dwar is-Sodisfazzjoni tal-Partijiet Ikkonċernati tal-2018’