Punti ewlenin
20/02/2019

Ir-regolament ta’ twaqqif il-ġdid tal-EU-OSHA jirrikonoxxi l-ħidma passata u r-rilevanza futura tiegħu

L-EU-OSHA tilqa’ r-regolament ta’ twaqqif il-ġdid tagħha, li se jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Frar 2019.

Fil-25 sena anniversarju tagħha, ir-regolament il-ġdid jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-EU-OSHA li jagħmel lill-Ewropa post tax-xogħol aktar sikur u aktar b’saħħtu sa mill-fondazzjoni tagħha fl-1994. Dan ir-Regolament il-ġdid iqis id-dinja tax-xogħol li qed tinbidel malajr u huwa approvazzjoni ċara tar-rilevanza kontinwa tal-EU-OSHA fil-futur. Huwa allinjat mar-regolamenti ta’ aġenziji oħra tal-UE taħt id-DĠ Impjiegi u jintroduċi xi bidlietl sostanzjali.

Sir af aktar dwar ir-regolament ta’ twaqqif il-ġdid tal-EU-OSHA

Iċċekkja l-paġna web tal-25 anniversarju tagħna