Punti ewlenin
12/02/2020

Konferenza dwar il-futur tax-xogħol tenfasizza l-importanza tal-OSH

Image by Albert Dezetter from Pixabay

Fit-12 ta’ Frar id-Direttur Eżekuttiv tal-EU-OSHA, Dr Christa Sedlatschek, se tattendi l-Konferenza Internazzjonali Il-futur tax-xogħol. Sfidi u opportunitajiet għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Dr Sedlatschek se tipparteċipa fil-panel ta’ diskussjoni Mir-riċerka għal politiki orjentati lejn azzjoni. Se titkellem dwar perikli emerġenti relatati ma’ sustanzi kimiċi u kif dawn għandhom jiġu indirizzati u se tintroduċi l-kampanja tal-EU-OSHA dwar il-mard muskoloskeletali (2020 - 22).

L-avveniment, organizzat mill-Awtorità Taljana għall-Kumpens tal-Ħaddiema (INAIL) u l-Kummissjoni Internazzjonali dwar is-Saħħa fuq ix-Xogħol (ICOH), jiġbor esperti internazzjonali biex jindirizzaw l-isfidi ta’ dinja tax-xogħol li qed tinbidel, u b’hekk jenfasizza l-importanza tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol fil-bidliet demografiċi u tas-suq tax-xogħol, u x-xenarju ta’ żvilupp teknoloġiku mgħaġġel.

Sir af aktar dwar l-avveniment