Punti ewlenin
14/02/2019

L-EU-OSHA taħdem id f'id mal-leġiżlazzjoni tal-UE

 Fil-25 sena anniversarju tagħha, l-EU-OSHA tirrifletti fuq is-sinifikat tad-Direttiva Qafas tal-1989 dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u tistenna bil-ħerqa li tappoġġja inizjattiva aktar riċenti biex il-postijiet tax-xogħol tal-Ewropa jsiru aktar siguri u aktar bla perikli: il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Ingħaqad magħna biex niċċelebraw it-30 anniversarju tad-Direttiva Qafas u l-25 anniversarju tal-Aġenzija. Segwi l-hashtag - #EUOSHA25!

Aqra l-artiklu dwar dawn iż-żewġ stadji ewlenin

Żur il-paġna web tal-25 anniversarju tagħna u ara l-istqarrija b’vidjo tal-Kummissarju Thyssen