You are here

Punti ewlenin
04/09/2017

L-inċidenti u l-korrimenti relatati max-xogħol jiswew lill-UE €476 biljun fis-sena skont stimi globali ġodda .

Il-każ ekonomiku għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol qatt ma kien daqshekk ċar. Stimi ġodda mill-proġett dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-OSH jindikaw li l-mard u l-korrimenti li jirriżultaw mill-post tax-xogħol jiswew lill-UE madwar €476 biljun kull sena. In-nefqa fuq il-kanċer relatat max-xogħol biss tammonta għal €119.5 biljun.

Matul il-proġett, b'kollaborazzjoni mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u msieħba oħra, l-EU-OSHA qed tiżviluppa mudell ta' nfieq ekonomiku approssimattiv għal miżuri tal-OSH ineffettvi u noneżistenti. Il-mudell jippermetti kejl komprensiv tal-piż li jirriżulta fuq is-soċjetà, u r-riżultati se jippermettu lil dawk li jagħmlu l-politika biex jifhmu aħjar l-impatt ekonomiku ta' saħħa u sigurtà dgħajfa fuq il-post tax-xogħol.

L-aħħar sejbiet mill-proġett kif ukoll mill-għodda ta' viżwalizzazzjoni ta' data aċċessibbli u interattiva huma ppreżentati fil-XXI Kungress Dinji dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol f'Singapor.

Aqra l-istqarrija tal-aħbarijiet

Aċċessa l-għodda tal-viżwalizzazzjoni tad-data

Sir af aktar dwar il-benefiċċji ekonomiċi ta' prattiki tajba fl-OSH

Ara r-ritratti