Punti ewlenin
05/04/2019

L-EU-OSHA tfakkar in-nies u d-domiċilju tagħha

Hekk kif l-EU-OSHA tiċċelebra 25 sena ta’ promozzjoni ta’ postijiet tax-xogħol sikuri u li jġibu 'l quddiem is-saħħa madwar l-Ewropa, din tagħraf li qofol wieħed għas-suċċess tagħha huwa mingħajr dubju l-persunal tagħha: espert, dedikat u passjonat.

Ibbażata ġewwa l-belt ippremjata ta’ Bilbao, l-EU-OSHA hija magħrufa b’mod informali bħala “l-Aġenzija ta’ Bilbao”, li jirrifletti r-rabtiet fondi u ta’ benefiċċju reċiproku mal-belt.

Aqra l-artiklu l-ġdid tagħna u tgħallem iżjed dwar il-persunal u l-belt fil-qalba tal-EU-OSHA

Agħti titwila lejn il-paġna web tal-anniversarju tagħna