Punti ewlenin
24/09/2018

L-EU-OSHA tipparteċipa fil-konferenza tal-Presidenza Awstrijaka tal-UE dwar il-karċinoġeni

 X'jista’ jsir biex jiġu evitati l-effetti ta' ħsara tal-karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol, u x'inhuma l-kwistjonijiet emerġenti f'dan il-qasam?

Fl-24 u fil-25 ta’ Settembru, il-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-UE qiegħda tospita konferenza ta’ livell għoli, “Il-Ġlieda kontra l-Kanċer fuq il-Post tax-Xogħol”, fi Vjenna. Varjetà ta’ kelliema u parteċipanti, inkluż politikanti, sħab soċjali u esperti f'dan il-qasam, jesploraw modi kif jipproteġu lill-ħaddiema Ewropej mill-esponiment għall-karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol.

L-EU-OSHA tippresiedi sessjoni li tħares lejn inizjattivi ta’ prattika tajba, ta' politika u ta’ sensibilizzazzjoni bħall-Pjan Direzzjonali tal-UE dwar il-Karċinoġeni u tippreżenta l-Kampanja tal-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2018-19 fil-plenarja.

Aqra l-istqarrija għall-istampa

Esplora l-kwistjoni ta’ karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol

Kun af aktar dwar il-Pjan Direzzjonali tal-UE dwar il-Karċinoġeni