You are here

Punti ewlenin
04/02/2019

L-EU-OSHA tikkommemora l-Jum Dinji Kontra l-Kanċer billi tħabbar stħarriġ dwar l-esponiment għall-fatturi ta’ riskju tal-kanċer fuq il-post tax-xogħol

Il-kanċer hu kawża kbira ħafna ta’ mwiet relatati max-xogħol fl-Ewropa. Neħtieġu data affidabbli u komparabbli dwar l-esponiment fuq il-post tax-xogħol għall-fatturi ta’ riskju tal-kanċer fl-Ewropa biex nipproteġu lill-ħaddiema u niġġieldu l-kanċer relatat max-xogħol.

Għalhekk l-EU-OSHA, fil-Jum Dinji Kontra l-Kanċer, għandha l-pjaċir tħabbar li l-Bord ta’ Tmexxija tripartitiku tagħha ta l-kunsens tiegħu biex fl-2020 tinbeda l-ħidma dwar stħarriġ bit-telefon assistit mill-kompjuter biex jiġi stmat l-esponiment tal-ħaddiema għall-fatturi ta’ riskju tal-kanċer.

Aqra r-rapport u r-rapport sommarju dwar l-istudju ta’ fattibbiltà rigward l-iżvilupp tal-istħarrig bit-telefon.

Aqra r-rapport sommarju tagħna dwar il-politiki, l-inizjattivi u l-prattiki tajba rigward ir-riabilitazzjoni u r-ritorn għax-xogħol wara l-kanċer, disponibbli f’14-il lingwa.

Sib pariri utli għall-impjegaturi rigward ir-ritorn għax-xogħol ta’ ħaddiema dijanjostikati bil-kanċer, disponibbli f’25 lingwa.