Punti ewlenin
03/12/2019

L-EU-OSHA tħares ’il quddiem u lejn aktar snin ta’ suċċess

Hekk kif il-25 sena anniversarju tal-EU-OSHA wasal biex jispiċċa, fl-aħħar artikolu tagħna tas-serje nħarsu lejn x’tagħmel l-Aġenzija sabiex jiġu antiċipati l-isfidi ġodda u emerġenti għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema.

Fl-2005, l-EU-OSHA stabbiliet l-Osservatorju Ewropew tar-Riskju sabiex tinġabar data affidabbli dwar bidliet fix-xogħol u l-impatt potenzjali tagħhom fuq is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol (OSH). Sensiela ta’ studji ta’ prospettiva tkompli din il-ħidma. Is-suġġetti koperti sal-lum jinkludu l-impjiegi ekoloġiċi u d-diġitalizzazzjoni.

Dawn il-proġetti għandhom l-għan li jinfurmaw lil min ifassal il-politika u lil partijiet ikkonċernati oħra biex tiġi żgurata l-prevenzjoni effettiva u f’waqtha ta’ sfidi futuri għall-OSH.

Aqra l-aħħar artikolu tal-25 anniversarju tagħna dwar kif l-EU-OSHA tantiċipa l-isfidi futuri

Żur it-taqsima tas-sit web tagħna dwar ir-riskji emerġenti biex tiskopri aktar

Aqra s-serje sħiħa tal-artikoli tal-25 anniversarju ppubblikati fl-2019