You are here

Punti ewlenin
12/07/2018

L-EU-OSHA tingħaqad mal-Kampanja Globali Viżjoni Żero

L-EU-OSHA issa hija sieħba uffiċjali tal-Kampanja Globali Viżjoni Żero u qed tgħin biex twassal il-messaġġ li kull inċident, mard u dannu fuq il-post tax-xogħol jistgħu jiġu evitati jekk jiġu stabbiliti l-miżuri t-tajba fil-ħin. L-approċċ għall-prevenzjoni Viżjoni Żero jintegra t-tliet dimensjonijiet ta' sikurezza, saħħa u l-benessri fil-livelli kollha tax-xogħol. Bis-saħħa tal-flessibbiltà tagħha, il-Viżjoni Żero hija benefiċjali għal kwalunkwe post tax-xogħol, intrapriża jew industrija fir-reġjunijiet kollha tad-dinja.

Il-kampanja tnediet f'Singapore fil-Kungress Dinji dwar Is-Sikurezza u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Sigurtà Soċjali (ISSA).

Żur Vision Zero Global Campaign Website u ngħaqad mal-moviment.

Ħares lejn il-gwida Viżjoni Żero bis-seba' regoli tad-deheb u listi ta' kontroll prattiċi.