You are here

Punti ewlenin
12/08/2018

L-EU-OSHA tintroduċi bażi ta’ data ġdida dwar sustanzi perikolużi — żurha issa!

Taħdem b’sustanzi perikolużi jew timmaniġġja persuni li jagħmlu dan? Għandek bżonn ta' aktar informazzjoni dwar kif tivvaluta u timmaniġġja r-riskji? Jekk iva, agħti ħarsa lejn il-bażi ta’ data dwar għodod prattiċi u gwida dwar sustanzi perikolużi komprensiva ġdida tal-EU-OSHA, b’links għal riżorsi prinċipali u għodod awdjoviżivi minn Stati Membri, l-UE u lil hinn. Hija tinkludi bosta studji ta' każijiet maħluqa għall-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa attwali, li jipprovdu eżempji ta’ prattika tajba tal-ħajja reali fl-immaniġġjar ta’ sustanzi perikolużi.

Il-mijiet ta’ entrati tal-bażi ta’ data jkopru suġġetti bħalma huma t-taħriġ jew il-valutazzjoni tar-riskju, il-karċinoġeni u s-sostituzzjoni. Aktar minn hekk, il-bażi ta’ data hija faċli biex isir tiftix fiha, allura, jekk inti interessat/a f’riżorsi fuq pajjiż, settur, kompitu jew periklu tax-xogħol speċifiku, tista’ ssib eżattament malajr u b’mod faċli dak li inti qed tfittex.

Fittex il-bażi ta’ data dwar sustanzi perikolużi issa

Skopri aktar dwar il-kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi