You are here

Punti ewlenin
13/04/2018

L-EU-OSHA titlob l-organizzazzjonijiet biex jissieħbu fil-kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi.

L-immaniġġjar ta’ sustanzi perikolużi fuq il-postijiet tax-xogħol Ewropej huwa kruċjali għall-protezzjoni tal-ħaddiema, tan-negozji u tal-ekonomiji. Iżda kif tista’ l-organizzazzjoni tiegħek tagħmel differenza fuq il-livell tal-post tax-xogħol? U l-organizzazzjoni tiegħek kif se tibbenefika mis-sħubija fil-kampanja li jmiss tal-EU-OSHA dwar sustanzi perikolużi?

L-EU-OSHA flimkien ma’ sħab uffiċjali tal-kampanja u tal-midja kemm dawk preċedenti kif ukoll dawk potenzjali wieġbet dawn il-mistoqsijiet waqt il-laqgħa dwar is-sħubija fil-kampanja tagħha fi Brussell fl-20 ta’ Marzu.

Aqra s-sommarju tal-laqgħa dwar is-sħubija fil-kampanja

Ara r-ritratti tal-avveniment

Ara l-offerta uffiċjali dwar is-sħubija fil-kampanja u l-offerta dwar is-sħubija tal-midja fil-kampanja tal-2018-19

Sib aktar informazzjoni dwar il-kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi li għandha tiġi varata fl-24 ta’ April.