Punti ewlenin

Back to highlights

L-istħarriġ tal-ESENER jenfasizza t-teknoloġiji diġitali u l-COVID-19 bħala sfidi ġodda għas-sikurezza u l-ġestjoni tas-saħħa

Image

© EU-OSHA

Id-diġitalizzazzjoni ġiet identifikata b’mod ċar bħala kwistjoni emerġenti dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH) mill-Istħarriġ Ewropew tal-2019 tal-Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER). Iżda minkejja ż-żieda fl-użu tar-robots, il-laptops, l-ismartphones jew l-apparati li jintlibsu, inqas minn wieħed minn kull erba’ postijiet tax-xogħol (24 %) qed ikollhom diskussjonijiet dwar l-impatt potenzjali ta’ tali teknoloġiji fuq is-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema.

Sfidi oħra jinvolvu riskji psikosoċjali u prattiki tax-xogħol ittrasformati mill-COVID-19 kif identifikati fl-istudji ta’ segwitu. Is-soluzzjonijiet jinkludu parteċipazzjoni akbar tal-ħaddiema biex jiġu identifikati u evitati r-riskji, u l-leġiżlazzjoni biex tingħata spinta lill-konformità tal-OSH.

Ir-Rapport ta’ Ħarsa Ġenerali tal- ESENER 2019 jindirizza dawn is-suġġetti, permezz tal-użu ta’ data meħuda minn madwar 45 000 rispondent madwar il-postijiet tax-xogħol ta’ kull daqs u s-setturi kollha fi 33 pajjiż Ewropew. L-ESENER jipprovdi għodda ta’ monitoraġġ ewlenija għall-ġestjoni tal-OSH u s-sors ewlieni għal dawk li jfasslu l-politika Ewropea u nazzjonali.

Aqra r-rapport ta’ ħarsa ġenerali u s-sommarju

Ikklikkja hawn għall-Anness Tekniku