Punti ewlenin
08/05/2020

ESENER 2019: is-sejbiet tal-istħarriġ fuq il-post tax-xogħol żvelati lejlet Jum l-Ewropa

© EU-OSHA 

L-EU-OSHA tippreżenta s-sejbiet ewlenin tal-edizzjoni 2019 tal-iStħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER) tagħha, li juri l-fatturi ta’ riskju ewlenin irrapportati mill-postijiet tax-xogħol Ewropej – id-disturbi muskoloskeletali u r-riskji psikosoċjali.

Aktar minn 45,000 kumpanija fi 33 pajjiż ipparteċipaw fl-istħarriġ, billi wieġbu mistoqsijiet dwar oqsma differenti tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali (OSH), inkluża l-kwistjoni emerġenti tad-diġitalizzazzjoni.

ESENER 2019 huwa sors imprezzabbli ta’ informazzjoni għal dawk li jfasslu l-politika, peress li jipprovdi stampa aġġornata tas-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji u tal-ġestjoni tal-OSH fost il-postijiet tax-xogħol Ewropej kif ukoll paragun mas-sejbiet ta’ ESENER 2014.

Aqra l-istqarrija tagħna għall-istampa bl-appoġġ tal-Kummissarju Schmit

Esplora sommarju tas-sejbiet ewlenin fis-sommarju tal-politika tagħna ta’ ESENER 2019

Żur il-viżwalizzazzjoni tad-data ta’ ESENER biex tesplora data tal-2009 u tal-2014 (ir-riżultati tal-2019 se jinħarġu dalwaqt)