You are here

Punti ewlenin
26/07/2017

Riskji emerġenti: naġixxu issa biex niżguraw li l-postijiet tax-xogħol ta’ għada huma sikuri u ħielsa mill-periklu

Żur it-taqsima tas-sit web dwar ir-riskji emerġenti tal-EU-OSHA sabiex tiskopri aktar dwar ix-xogħol tagħna f’dan il-qasam importanti. Riskji ġodda u emerġenti — ikkawżati, pereżempju, minn forom ġodda ta’ xogħol jew proċessi ta’ ħidma innovattivi — jiġu antiċipati u analizzati permezz tal-Osservatorju Ewropew tar-Risjku tagħna.

Is-suġġetti koperti jinkludu is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema f’impjiegi ekoloġiċi, l-immaniġġjar ta’ nanomaterjali fuq il-post tax-xogħol u żviluppi fl-ICT u d-diġitalizzazzjoni tax-xogħol.

Il-proġetti prospettivi tagħna jħarsu lejn il-futur tax-xogħol u kif il-bidliet ser jaffettwaw is-saħħa u s-sikurezza. Ir-riċerka li tirriżulta tista’ tgħin lill-esperti u lil dawk li jfasslu l-politika biex isibu modi kif jiżguraw futur aktar sikur u ħieles mill-periklu għall-ħaddiema tal-Ewropa.

It-taqsima tinkludi wkoll dokumenti ta’ diskussjoni esperta dwar suġġetti bħal crowdsourcing, robotika, drogi li jtejbu l-prestazzjoni, stampar 3D u teknoloġiji ta’ monitoraġġ.

Żur it-taqsima tas-sit web dwar ir-riskji emerġenti