Punti ewlenin
Lura għall-punti ewleninL-implimentazzjoni effettiva ta’ sistemi ta’ monitoraġġ diġitali intelliġenti għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol u l-inklużjoni
Is-sistemi ta’ monitoraġġ diġitali intelliġenti għas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali (OSH) jużaw teknoloġiji diġitali biex jimmonitorjaw ir-riskji fuq il-post tax-xogħol u jipprevjenu l-inċidenti u l-mard okkupazzjonali. Misjuba f’oġġetti li jintlibsu, tagħmir jew apps tat-telefown, dawn għandhom il-potenzjal li jagħmlu l-postijiet tax-xogħol aktar siguri.
Dawn is-sistemi jistgħu jtejbu wkoll l-inklużjoni u d-diversità billi jappoġġaw u jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ gruppi speċifiċi ta’ persuni bħall-ħaddiema akbar fl-età u l-ħaddiema migranti, il-professjonisti b’diżabilità u n-nisa tqal.
Madankollu, l-ewwel jeħtieġ li jiġu indirizzati xi kunsiderazzjonijiet sabiex dawn it-teknoloġiji jkunu verament ta’ suċċess u ta’ benefiċċju għal kulħadd: l-involviment tal-ħaddiema u l-kultura organizzattiva, l-istruttura tal-kumpanija, l-infrastruttura teknoloġika, eċċ.
Iż-żewġ dokumenti ta’ diskussjoni l-ġodda tagħna jispjegaw kif jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv sistemi ta’ monitoraġġ diġitali intelliġenti u inklużivi. Agħti ħarsa!