You are here

Punti ewlenin
08/11/2016

L-impatti ekonomiċi ta' ġestjoni tajba u ħażina tal-OSH taħt skrutinju mill-EU-OSHA

Hija meħtieġa data ta' kwalità tajba biex jinftehmu l-ispejjeż ta' mard u mwiet relatati max-xogħol, u l-benefiċċji reali ta' ġestjoni tajba ta' sigurtà u saħħa fuq il-post tax-xogħol.

L-EU-OSHA tindirizza din l-isfida permezz tal-proġett ġenerali tagħha maqsum f'żewġ stadji "Spejjeż u benefiċċji tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol", li għandu l-għan li jiżviluppa mudell ekonomiku tal-ispejjeż biex jiġu stabbiliti stimi affidabbli tal-ispejjeż.

Il-proġett huwa bbażat fuq studju fuq skala kbira biex tiġi identifikata u evalwata d-data disponibbli f'kull Stat Membru. Ir-riżultati tal-istudju ser jintużaw biex jiġi żviluppat mudell ekonomiku avvanzat tal-ispejjeż ibbażat fuq sorsi ta' data nazzjonali.

Kun af aktar dwar il-proġett 'Spejjeż u benefiċċji tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol' mis-sezzjoni web iddedikata tagħna