You are here

Punti ewlenin
14/12/2018

Skopri studju ġdid dwar sistemi ta’ twissija bikrija għal mard relatat max-xogħol

Sistemi ta’ twissija u sentinelli (ta’ kontroll) jistgħu joffru twissija bikrija dwar riskji ġodda u emerġenti u mard relatat max-xogħol għall-atturi u għal dawk li jfasslu l-politika dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali. Ir-rapport janalizza fil-fond firxa ta’ approċċi ta’ twissija u sentinelli li kellhom suċċess kemm fl-UE kif ukoll barra l-UE.

Dan iqis kif dawn l-approċċi jistgħu jiġu replikati f’pajjiżi oħrajn jew kif funzjoni ta’ twissija tista’ tiżdied ma’ sistemi eżistenti ta’ monitoraġġ. Jikkonkludi wkoll li huwa importanti li jkun hemm komunikazzjoni aħjar dwar il-kontribut ta’ sistemi ta’ twissija u ta’ sorveljanza għall-prevenzjoni u l-politika bbażati fuq l-evidenza, biex tinżamm il-motivazzjoni tan-nies li jirrapportaw is-sistemi u biex jiġu pprovduti biżżejjed appoġġ politiku u riżorsi finanzjarji, u biex titħeġġġeġ l-kooperazzjoni internazzjonali u l-kondiviżjoni ta’ data fl-UE.

Aqra l-istqarrija għall-aħbarijiet

Niżżel ir-rapport finali u s-sommarju

Kun af aktar dwar sistemi ta’ twissija u ta’ sorveljanza