You are here

Punti ewlenin
17/04/2018

Sustanzi perikolużi: informazzjoni prattika dwar it-taqsima tematika l-ġdida tagħna

It-taqsima tas-sit web aġġornata tal-EU-OSHA tipprovdi informazzjoni essenzjali dwar sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol. Din tkopri l-leġiżlazzjoni ewlenija, tispjega l-prinċipji tagħha u tipprovdi suġġerimenti dwar kif għandhom jiġu mmaniġġjati s-sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol.

Tinkludi wkoll taqsimiet dwar il-karċinoġeni, is-sustanzi bijoloġiċi, u r-riskji emerġenti – u tipprovdi bosta links utli għal aktar informazzjoni għall-ħaddiema u għall-impjegaturi.

F'konformità mal-miri tal-Kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi 2018-19, din it-taqsima tippreżenta ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet u l-pubblikazzjonijiet tal-EU-OSHA dwar is-suġġett.

Żur it-Taqsima tas-Sustanzi perikolużi