You are here

Punti ewlenin
10/09/2018

Sustanzi perikolużi: folji ta’ informazzjoni dwar leġiżlazzjoni u sostituzzjoni

Bħala parti mill-Kampanja dwar Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa 2018-2019, l-EU-OSHA ppubblikat żewġ folji ta’ informazzjoni, kull waħda disponibbli f'diversi lingwi.

"Qafas leġiżlattiv dwar sustanzi perikolużi fil-postijiet tax-xogħol” joffri sommarju ċar u prattiku tal-liġi rilevanti tal-UE f'dan il-qasam.

"Is-sostituzzjoni ta’ sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol” tistabbilixxi informazzjoni dwar it-tneħħija għal kollox tar-riskji maħluqa minn ċerti sustanzi perikolużi. Din spiss hija l-aħjar soluzzjoni possibbli.

Żur is-sit web Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi