Punti ewlenin
28/07/2020

Il-pandemija tal-COVID-19 issaħħaħ il-ħtieġa li l-ħaddiema jiġu protetti mill-esponiment għall-aġenti bijoloġiċi

Image by anjawbk from Pixabay

Rapport ġdid li jiġbor fil-qosor is-sejbiet ta’ proġett ewlieni tal-EU-OSHA għandu l-għan li jissensibilizza dwar l-esponiment fuq il-post tax-xogħol għall-aġenti bijoloġiċi u jipprovdi informazzjoni kruċjali lil dawk li jfasslu l-politiki.

L-esponiment għall-aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol huwa assoċjat ma’ bosta problemi tas-saħħa, inkluż il-mard infettiv u l-allerġiji. Minkejja li hemm firxa wiesgħa ta’ professjonijiet affettwati, hemm nuqqas ġenerali ta’ sensibilizzazzjoni dwar din il-kwistjoni.

Is-sejbiet tal-proġett huma partikolarment pertinenti minħabba l-pandemija attwali tal-COVID-19, billi jenfasizzaw l-importanza tas-sensibilizzazzjoni u tal-prijoritizzazzjoni tal-prevenzjoni ta’ mard relatat max-xogħol ikkawżat mill-aġenti bijoloġiċi fil-livelli kollha.

Aqra l-istqarrija tal-aħbarijiet biex tiskopri aktar

Niżżel ir-rapport finali u s-sommarju

Skopri aktar dwar mard relatat max-xogħol minħabba l-aġenti bijoloġiċi

Ara l-preżentazzjonijiet tal-PowerPoint dwar il-proġett u s-sejbiet tiegħu: għall-esperti u għal dawk li mhumiex esperti