Punti ewlenin
28/04/2020

COVID-19: lura lejn il-post tax-xogħol f’kundizzjonijiet sikuri u li jġibu ’l quddiem is-saħħa

Il-kriżi tal-COVID-19 qiegħda tagħmel pressjoni fuq l-impjegaturi u l-ħaddiema. Ladarba l-miżuri ta’ tbegħid soċjali jiksbu tnaqqis suffiċjenti fir-rati ta’ trażmissjoni tal-COVID-19, l-amministrazzjonijiet nazzjonali qegħdin jawtorizzaw it-tkomplija b’mod gradwali tal-attivitajiet tax-xogħol.

Miżuri preventivi xierqa jgħinu biex jinkiseb ritorn sikur u li jġib ’l quddiem is-saħħa lejn ix-xogħol u jikkontribwixxu għat-trażżin tat-trażmissjoni tal-COVID-19. L-EU-OSHA pproduċiet gwida tal-UE dwar is-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali biex tgħin f’dan il-proċess.

Aqra u kkondividi l-gwida tal-UE COVID-19: Lura lejn il-post tax-xogħol: L-adattament tal-postijiet tax-xogħol u l-protezzjoni tal-ħaddiema (verżjoni PDF

Ara wkoll: 

Stqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni Ewropea

COVID-19: gwida għall-post tax-xogħol

It-taqsima tematika ġdida tagħna: Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Waqqaf il-Pandemija