Punti ewlenin
Back to highlightsRapport Konsolidat tal-Attività Annwali 2021 — Kisbiet impressjonanti għal ambjenti tax-xogħol aktar sikuri u li jġibu aktar ’il quddiem is-saħħa

Matul il-pandemija l-EU-OSHA ‒ f’kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati tagħha ‒ stinkat biex timplimenta l-programm ta’ ħidma ambizzjuż tagħha għall-2021 u tilħaq il-miri tagħha għat-titjib tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH) madwar l-Ewropa.
L-EU-OSHA rċeviet rikonoxximent wiesa’ mill-Bord tat-Tmexxija tagħha għall-kontribut tagħha biex jiġi indirizzat l-impatt tal-COVID-19 fuq is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali. Il-bord ta wkoll kreditu lill-kontribuzzjoni tal-EU-OSHA għall-objettivi tal-Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol f’konformità mal-Programm Strateġiku Pluriennali tagħha.
Ir-rapport jinkludi wkoll il-kisbiet fir-riċerka tal-EU-OSHA dwar id-diġitalizzazzjoni tax-xogħol, il-kontribut tagħha għat-tnaqqis tad-disturbi muskoloskeletali (MSDs) u l-iżvilupp ta’ studji ta’ prospettiva. Inizjattivi importani taħt il-programm ta’ ħidma tal-2021 kienu jinkludu l-iżvilupp kontinwu ta’ għodod ta’Valutazzjoni tar-Riskju Interattiva Online (OiRA), l-istudji ta’ segwitu bbażati fuq data tal-ESENER, il-Kampanja ta’ Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa “Ħaffef il-Piż” u x-xogħol preparatorju għal stħarriġ ta’ esponiment fuq il-post tax-xogħol għal karċinoġeni fl-Ewropa, li għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-kanċer bħala kawża ta’ mwiet relatati max-xogħol.
Ikklikkja l-link għas-sommarju eżekuttiv u l-infografika dwar l-indikaturi ewlenin ta’ prestazzjoni għall-2021
Għal ħarsa aktar fid-dettall tas-sejbiet, aqra r-Rapport Konsolidat tal-Attività Annwali għall-2021 kollu